12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Högsta förvaltningsdomstolen — l-Isvezja) — Skatteverket/Holmen AB
(Kawża C-608/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-kumpanniji - Grupp ta’ kumpanniji - Libertà ta’ stabbiliment - Tnaqqis tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti - Kunċett ta’ “telf definittiv” - Applikazzjoni lil sussidjarja - Leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tal-kumpannija omm li tirrikjedi li din tkun proprejtarja diretta tas-sussidjarja - Leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja li tillimita l-imputazzjoni tat-telf u li tipprojbixxih fis-sena tal-istralċ)
(2019/C 270/06)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Skatteverket
Konvenut: Holmen AB
Dispożittiv
1)
Il-kunċett ta’ telf definittiv ta’ sussidjarja mhux residenti, fis-sens tal-punt 55 tas-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2005, Marks & Spencer (C 446/03, EU:C:2005:763) ma japplikax għal sub-sussidjarja, dment li l-kumpanniji intermedjarji bejn il-kumpannija omm li titlob tnaqqis fiskali ta’ grupp s-sub-sussidjarja li tagħmel telf li jista’ jitqies bħala definittiv ma jkunux residenti fl-istess Stat Membru.
2)
Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura definittiva tat-telf ta’ sussidjarja mhux residenti, fis-sens tal-punt 55 tas-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2005, Marks & Spencer (C-446/03, EU:C:2005:763), iċ-ċirkustanza li l-Istat Membru li taqa’ taħtu s-sussidjarja ma jippermettix li jiġi ttrasferit it-telf ta’ kumpannija lil persuna taxxabbli oħra fis-sena ta’ stralċ ma hijiex determinanti, dment li l-kumpannija omm ma turix li huwa impossibbli għaliha li tivvalorizza dan it-telf billi ssib mezz, b’mod partikolari permezz ta’ ċessjoni, sabiex dan jittieħed inkunsiderazzjoni fiskalment minn terz fi snin futuri.
3)
Fl-ipoteżi li ċ-ċirkustanza msemmija fil-punt 2 ta’ dan id-dispożittiv issir rilevanti, huwa indifferenti l-punt sa fejn il-leġiżlazzjoni tal-Istat tas-sussidjarja li tiddikjara telf li jista’ jiġi kklassifkat bħala definittiv kellha l-konsegwenza li parti mit-telf ma setgħax jiġi imputat fuq il-profitti preżenti tas-sussidjarja li tagħmel it-telf jew fuq dawk ta’ entità oħra tal-istess grupp.
(1) ĠU C 5, 8.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy