1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ April 2019 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-611/17) (1)
(Rikors għal annullament - Politika komuni tas-sajd - Konservazzjoni tar-riżorsi - Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku - Qabda totali permissibbli (TAC) tal-pixxispad tal-Mediterran - Regolament (UE) 2017/1398 - Stabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sena 2017 - Kompetenza esklużiva tal-Unjoni - Determinazzjoni tal-perijodu ta’ referenza - Affidabbiltà tad-data bażika - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju - Artikolu 17 TUE - Ġestjoni tal-interessi tal-Unjoni fi ħdan korpi internazzjonali - Prinċipju ta’ stabbiltà relattiva - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni - Prinċipji ta’ nuqqas ta’ retroattività, ta’ ċertezza legali, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ nondiskriminazzjoni”)
(2019/C 220/04)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u E. Moro, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment V. Ester Casas, sussegwentement M. J. García-Valdecasas Dorrego, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Moro u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Ir-Renju ta’ Spanja kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 424, 11.12.2017.
Full & Egal Universal Law Academy