1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Fundación Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida Queso Manchego vs Industrial Quesera Cuquerella SL, Juan Ramón Cuquerella Montagud
(Kawża C-614/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Regolament (KE) Nru 510/2006 - Artikolu 13(1)(b) - Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti tal-ikel - Ġobon Manchego (“queso Manchego”) - Użu ta’ sinjali li jistgħu jevokaw ir-reġjun li miegħu hija marbuta d-denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) - Kunċett ta’ “konsumatur medju normalment informat u raġonevolment attent u avżat” - Konsumaturi Ewropej jew konsumaturi tal-Istat Membru fejn il-prodott kopert mid-DOP jiġi mmanifatturat u prinċipalment ikkonsmat)
(2019/C 220/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fundación Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida Queso Manchego
Konvenuti: Industrial Quesera Cuquerella SL, Juan Ramón Cuquerella Montagud
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-evokazzjoni ta’ denominazzjoni rreġistrata tista’ sseħħ bl-użu ta’ sinjali figurattivi.
2)
L-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu ta’ sinjali figurattivi li jevokaw iż-żona ġeografika li magħha hija marbuta denominazzjoni ta’ oriġini, msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) ta’ dan ir-regolament, jista’ jikkostitwixxi evokazzjoni tagħha, inkluż fil-każ fejn l-imsemmija sinjali figurattivi jintużaw minn produttur stabbilit f’dan ir-reġjun, iżda li l-prodotti tiegħu, simili jew komparabbli ma’ dawk protetti minn din id-denominazzjoni ta’ oriġini, ma humiex koperti minnha.
3)
Il-kunċett ta’ konsumatur medju normalment informat u raġonevolment attent u avżat, li l-qorti nazzjonali għandha tagħmel riferiment għall-perċezzjoni tiegħu sabiex tiddetermina l-eżistenza ta’ “evokazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 510/2006, għandu jinftiehem bħala li jagħmel riferiment għall-konsumaturi Ewropej, inklużi l-konsumaturi tal-Istat Membru li fih jiġi mmanifatturat il-prodott li jagħti lok għall-evokazzjoni tad-denominazzjoni protetta jew li miegħu din id-denominazzjoni hija ġeografikament marbuta, u li fih dan jiġi prinċipalment ikkonsmat.
(1) ĠU C 42, 5.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy