21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG vs Finanzamt Feldkirch
(Kawża C-625/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 56 u 63 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi u moviment liberu tal-kapital - Stabbilimenti ta’ kreditu - Taxxa ta’ stabbiltà u kontribuzzjoni speċjali għal din it-taxxa ddeterminati abbażi tat-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata tal-stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija - Inklużjoni tat-tranżazzjonijiet bankarji ta’ natura transkonfinali - Esklużjoni tat-tranżazzjonijiet tas-sussidjarji fi Stat Membru ieħor - Differenza fit-trattament - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni))
(2019/C 25/13)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG
Konvenut: Finanzamt Feldkirch
Dispożittiv
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tobbliga lill-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija li, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprovdu servizzi lill-klijenti tagħhom li jirrisjedu fi Stati Membri oħrajn mingħajr ma jirrikorru għal stabbilimenti stabbli stabbiliti f’dawn tal-aħħar, li jħallsu taxxa ddeterminata skont it-“total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata medja”, li tinkludi t-tranżazzjonijiet bankarji mwettqa minn dawn l-istabbilimenti direttament ma’ ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn, filwaqt li teskludi l-istess tranżazzjonijiet imwettqa minn sussidjarji ta’ stabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti fl-Awstrija meta dawn is-sussidjarji jkunu stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.
(1) ĠU C 112, 26.3.2018.
Full & Egal Universal Law Academy