21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Dunajská Streda – is-Slovakkja) – ZSE Energia a.s. vs RG
(Kawża C-627/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 861/2007 - Proċedura Ewropea għal talbiet żgħar - Artikolu 2(1) u Artikolu 3(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “partijiet” - Tilwimiet transkonfinali))
(2019/C 25/14)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Okresný súd Dunajská Streda
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: ZSE Energia a.s.
Konvenut: RG
fil-preżenza ta’: ZSE Energia CZ, s. r. o.
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “partijiet” jipprevedi biss ir-rikorrent u l-konvenut tal-kawża prinċipali.
2)
L-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 861/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 517/2013, għandhom jiġu interpretati fis-sens li tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha r-rikorrent u l-konvenut ikollhom id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess Stat Membru tal-qorti adita, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.
(1) ĠU C 42, 5.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy