4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – J. Portugal Ramos Vinhos SA vs Adega Cooperativa de Borba CRL
(Kawża C-629/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Dritt tat-trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 3(1)(c) - Raġunijiet għal invalidità - Trade mark verbali komposta esklużivament minn sinjali jew minn indikazzjonijiet li jistgħu jservu sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz - Karatteristiċi oħra ta’ prodott jew ta’ servizz - Installazzjoni ta’ produzzjoni tal-prodott - Trade mark verbali kkostitwita minn sinjal li jindika prodotti tal-inbid u minn isem ġeografiku, li jikkostitwixxi element verbali tal-isem tal-kumpannija tad-detentur tat-trade mark))
(2019/C 44/05)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: J. Portugal Ramos Vinhos SA
Konvenuta: Adega Cooperativa de Borba CRL
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li għandha tiġi rrifjutata r-reġistrazzjoni ta’ trade mark ikkostitwita minn sinjal verbali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jindika prodotti tal-inbid u li jinkludi isem ġeografiku, f’sitwazzjoni fejn dan is-sinjal jinkludi b’mod partikolari kelma li, minn naħa, tintuża b’mod komuni sabiex jiġu indikati l-installazzjonijiet jew il-postijiet fejn jiġu elaborati tali prodotti u, min-naħa l-oħra, hija wkoll wieħed mill-elementi verbali li jikkomponu l-isem tal-kumpannija tal-persuna ġuridika li tixtieq tikseb ir-reġistrazzjoni ta’ din it-trade mark.
(1) ĠU C 32, 29.1.18.
Full & Egal Universal Law Academy