3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Lisboa — il-Portugall) — Cogeco Communications Inc vs Sport TV Portugal SA, Controlinveste-SGPS SA, NOS-SGPS SA
(Kawża C-637/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 102 TFUE - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Direttiva 2014/104/UE - Artikolu 9(1) - Artikolu 10(2) sa (4) - Artikoli 21 u 22 - Azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea - Effetti tad-deċiżjonijiet nazzjonali - Termini ta’ preskrizzjoni - Traspożizzjoni - Applikazzjoni ratione temporis)
(2019/C 187/24)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Judicial da Comarca de Lisboa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cogeco Communications Inc
Konvenuti: Sport TV Portugal SA, Controlinveste-SGPS SA, NOS-SGPS SA
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 22 tad-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva ma tapplikax għall-kawża prinċipali.
2)
L-Artikolu 102 TFUE u l-prinċipju ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, minn naħa, tipprevedi li t-terminu ta’ preskrizzjoni għall-azzjonijiet għad-danni huwa ta’ tliet snin u jibda mid-data li fiha l-persuna leża saret taf bid-dritt tagħha għal kumpens, anki jekk il-persuna responsabbli tar-reat ma tkunx magħrufa u, min-naħa l-oħra, ma tipprevedi ebda possibbiltà ta’ sospensjoni jew interruzzjoni ta’ dak it-terminu fi proċedimenti quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni.
(1) ĠU C 32, 29.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy