17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — il-Litwanja) — fil-proċeduri mressqa minn Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
(Kawża C-638/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Struttura u rata tad-dazji tas-sisa applikabbli għat-tabakki mmanifatturati - Direttiva 2011/64/UE - Artikolu 4(1)(a) - Kunċett ta’ “sigarri u sigarri żgħar” - Rombli tat-tabakk b’kisja fuq barra ta’ tabakk naturali parzlajment miksja b’saff addizzjonali tal-karta)
(2019/C 206/09)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
fil-preżenza ta’: “Skonis ir kvapas” UAB
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat, għandu jiġi interpretat fis-sens li prodotti tat-tabakk, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li parti mill-kisja ta’ barra tagħhom bit-tabakk naturali hija koperta minn saff addizzjonali tal-karta fejn hemm il-filtru, li tista’ tagħti lok għal xebh viżiv ta’ dawn il-prodotti mas-sigaretti, jaqgħu taħt il-kategorija ta’ sigarri u sigarri żgħar, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 52, 12.02.2018.
Full & Egal Universal Law Academy