11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Litwanja) – SIA “KPMG Baltics” li qed taġixxi bħala amministratur ġudizzjarju ta’ AS “Latvijas Krājbanka” vs SIA “Ķipars AI”
(Kawża C-639/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ ħlas u ta’ settlement ta’ titoli - Direttiva 98/26/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “ordni ta’ trasferiment” - Ordni ta’ ħlas mogħtija mid-detentur ta’ kont kurrenti ordinarju lil istituzzjoni ta’ kreditu li sussegwentement ġiet iddikjarata insolventi))
(2019/C 93/19)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “KPMG Baltics” li qed taġixxi bħala amministratur ġudizzjarju ta’ AS “Latvijas Krājbanka”
Konvenuta: SIA “Ķipars AI”
Dispożittiv
Ordni ta’ ħlas, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija mid-detentur ta’ kont kurrenti ordinarju lil istituzzjoni ta’ kreditu u li tirrigwarda trasferiment ta’ fondi lejn istituzzjoni ta’ kreditu oħra ma taqax taħt il-kunċett ta’ “ordni ta’ trasferiment”, fis-sens tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli, kif emendata bid-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009, u lanqas, għaldaqstant, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.
(1) ĠU C 52, 12.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy