9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — fil-proċedura mressqa minn Eurobolt BV
(Kawża C-644/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Dritt għal rimedju effettiv - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju nazzjonali ta’ miżura tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 15(2) - Komunikazzjoni lill-Istati Membri, mhux iktar tard minn għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv, bl-informazzjoni rilevanti kollha - Kunċett ta’ “informazzjoni rilevanti” - Rekwiżit formali - Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 723/2011 - Estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina għal importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Malasja - Validità)
(2019/C 305/07)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Eurobolt BV
fil-preżenza ta’: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jikkontesta l-validità ta’ att tad-dritt sekondarju tal-Unjoni, individwu jista’ jinvoka quddiem qorti nazzjonali lmenti li jistgħu jitressqu fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ippreżentat abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, inklużi lmenti li huma bbażati fuq nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ tali att.
2)
L-Artikolu 267 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali għandha d-dritt li tfittex rinviju minn qabel mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea involuti fit-tfassil ta’ att tad-dritt sekondarju tal-Unjoni li l-validità tagħha hija kkontestata quddiemha, sabiex tikseb informazzjoni u provi speċifiċi li hija tqis indispensabbli sabiex tneħħi kull dubju dwar il-validità tal-miżura tal-Unjoni kkonċernata u sabiex tevita rinviju għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja għal evalwazzjoni ta’ validità ta’ dan l-att.
3)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011 tat-18 ta’ Lulju 2011 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le, huwa invalidu, peress li ġie adottat bi ksur tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.
(1) ĠU C 52, 12.02.2018.