5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Brindisi — l-Italja) — proċeduri kriminali kontra Gianluca Moro
(Kawża C-646/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2012/13/UE - Dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali - Artikolu 6(4) - Dritt li wieħed jiġi informat bl-akkuża mressqa kontrih - Informazzjoni dwar kull emenda fl-informazzjoni pprovduta meta dan ikun neċessarju sabiex tiġi ggarantita n-natura xierqa tal-proċedura - Emenda tal-kwalifika ġuridika tal-fatti li huma s-suġġett tal-akkuża - Impossibbiltà għall-persuna akkużata li titlob, matul il-proċedura orali, l-applikazzjoni tal-piena nnegozjata prevista mid-dritt nazzjonali - Differenza f’każ ta’ emenda tal-fatti li fuqhom hija bbażata l-akkuża)
(2019/C 263/06)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Brindisi
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Gianluca Moro
Dispożittiv
L-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali u l-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha l-persuna akkużata tista’ titlob, matul il-proċedura orali, l-applikazzjoni ta’ piena nnegozjata fil-każ ta’ emenda tal-fatti li fuqhom hija bbażata l-akkuża, u mhux fil-każ ta’ emenda tal-kwalifika ġuridika tal-fatti li huma s-suġġett tal-akkuża.
(1) ĠU C 52, 12.02.2018.
Full & Egal Universal Law Academy