14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/25
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – “BTA Baltic Insurance Company” AS, li kienet “Balcia Insurance” SE vs “Baltijas Apdrošināšanas Nams” AS
(Kawża C-648/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” - Inċident li jinvolvi żewġ vetturi pparkjati f’parkeġġ - Dannu materjali kkawżat lil vettura minn passiġier tal-vettura viċina li fetaħ il-bieba tagħha))
(2019/C 16/31)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“BTA Baltic Insurance Company” AS, li kienet “Balcia Insurance” SE
Konvenuta:“Baltijas Apdrošināšanas Nams” AS
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE tal-24 ta’ April 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, sitwazzjoni li fiha l-passiġġier ta’ vettura pparkjata f’parkeġġ, huwa u jiftaħ il-bieba ta’ din il-vettura, laqat u kkawża ħsara lill-vettura li kienet ipparkjata ħdejh.
(1) ĠU C 72, 26.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy