23.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Azienda Napoletana Mobilità SpA
(Kawża C-659/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għall-impjieg - Eżenzjoni ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali marbuta ma’ kuntratti ta’ taħriġ u ta’ xogħol - Deċiżjoni 2000/128/KE - Skemi ta’ għajnuna li jirrigwardaw miżuri għall-impjieg implimentati mill-Italja - Għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Applikabbiltà tad-Deċiżjoni 2000/128/KE għal impriża li tipprovdi b’mod esklużiv servizzi ta’ trasport pubbliku lokali li kienu direttament attribwiti lilha minn komun - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “distorsjoni tal-kompetizzjoni” - Kunċett ta’ “impatt fuq il-kummerċ” bejn l-Istati Membri)
(2019/C 319/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
Konvenuta: Azienda Napoletana Mobilità SpA
Dispożittiv
Mingħajr preġudizzju għall-verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/128/KE, tal-11 ta’ Mejju 1999, dwar l-iskemi ta’ għajnuna implementati mill-Italja dwar miżuri għall-impjieg, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tapplika għal impriża, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li pprovdiet, abbażi ta’ għoti dirett minn komun u b’mod esklużiv, servizzi ta’ trasport pubbliku lokali u li bbenefikat minn tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li din id-deċiżjoni ddikjarat parzjalment inkompatibbli mal-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 107(1) TFUE.
(1) ĠU C 52, 12.02.2018.