12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 — RF vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-660/17 P) (1)
(Appell - Rikors għal annullament - Komunikazzjoni tar-rikors permezz tal-faks - Preżentata wara l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata tal-oriġinal tar rikors fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali - Dewmien fil-kunsinna tal-posta - Kunċett ta’ “forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu”)
(2019/C 270/07)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellant: RF (rappreżentanti: K. Komar-Komarowski, radca prawny)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Szczodrowski, G. Meessen u I. Rogalski, aġenti)
Dispożittiv
1)
It-talba sabiex jiġu ammessi provi ġodda hija miċħuda.
2)
L-appell huwa miċħud.
3)
RF hija kkundannata ssostni, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 190, 4.6.2018.
Full & Egal Universal Law Academy