5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Areios Pagos — il-Greċja) — Ellinika Nafpigeia AE vs Panagiotis Anagnostopoulos et
(Kawża C-664/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2001/23/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Trasferiment ta’ parti minn impriża - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Kunċett ta’ “trasferiment” - Kunċett ta’ “entità ekonomika” - Trasferiment ta’ parti mill-attività ekonomika ta’ kumpannija omm lil sussidjarja li għadha kemm ġiet stabbilita - Identità - Awtonomija - Tkomplija ta’ attività ekonomika - Kriterju ta’ stabbiltà tat-tkomplija ta’ attività ekonomika - Użu ta’ fatturi ta’ produzzjoni ta’ terzi - Intenzjoni li l-entità ttrasferita tiġi llikwidata)
(2019/C 263/08)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Areios Pagos
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ellinika Nafpigeia AE
Konvenuti: Panagiotis Anagnostopoulos et
fil-preżenza ta’: Syllogos Ergazomenon Nafpigeion Skaramagka, I TRIAINA, Panellinia Omospondia Ergatoÿpallilon Metallou (POEM), Geniki Synomospondia Ergaton Ellados (GSEE)
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, b’mod partikolari l-Artikolu 1(1)(a) u (b) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tapplika għat-trasferiment ta’ unità ta’ produzzjoni meta, minn naħa, iċ-ċedent, iċ-ċessjonarju jew dawn iż-żewġ persuni flimkien jaġixxu bil-għan li l-attività ekonomika eżerċitata miċ-ċedent titkompla miċ-ċessjonarju, iżda wkoll bil-għan tat-tmiem tal-eżistenza taċ-ċessjonarju nnifsu, fil-kuntest ta’ likwidazzjoni, u, min-naħa l-oħra, l-unità inkwistjoni, li ma jkollhiex il-kapaċità li tilħaq l-għan ekonomiku tagħha mingħajr ma tuża fatturi ta’ produzzjoni minn terzi, ma tkunx kompletament awtonoma, bil-kundizzjoni, li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju, minn naħa, li l-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jimponi fuq iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju l-obbligu li ma jipprovawx jibbenefikaw b’mod frawdolenti u abbużiv mill-vantaġġi li jistgħu jnisslu mid-Direttiva 2001/23 jiġi osservat, u, min-naħa l-oħra, li l-unità ta’ produzzjoni kkonċernata jkollha garanziji suffiċjenti li jiżgurawlha l-aċċess għall-fatturi ta’ produzzjoni ta’ terz sabiex ma tkunx tiddependi fuq l-għażliet ekonomiċi magħmula b’mod unilaterali minn dan tal-aħħar.
(1) ĠU C 32, 29.1.2018.
Full & Egal Universal Law Academy