18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari – l-Italja) – Francesca Cadeddu vs Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Cagliari, Regione autonoma della Sardegna, Regione autonoma della Sardegna – Agenzia regionale per il lavoro
(Kawża C-667/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Artikolu 2(4) - Kunċett ta’ “benefiċjarju” - Artikolu 80 - Projbizzjoni li jsir tnaqqis fuq is-somom imħallsa - Tnaqqis speċifiku ieħor jew b’effett ekwivalenti - Kunċett - Borża ta’ studju kkofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew - Assimilazzjoni għad-dħul mill-impjieg - Żamma bħala ħlas bil-quddiem tat-taxxa fuq id-dħul miżjud ma’ taxxi reġjonali u komunali addizzjonali))
(2019/C 65/21)
Lingwa tal-kawża: it-Ta; jan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Francesca Cadeddu
Konvenuti: Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Cagliari, Regione autonoma della Sardegna, Regione autonoma della Sardegna – Agenzia regionale per il lavoroirgil Mailat, Delia Elena Mailat, Apcom Select SA
Dispożittiv
L-Artikolu 80 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, moqri flimkien mal-Artikolu 2(4) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta għat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi l-ammonti li huma mogħtija lilhom bħala boroż ta’ studju mill-korp pubbliku responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proġett magħżul mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm opeattiv ikkonċernat, fis-sens tal-Artikolu 2(3) tal-imsemmi regolament, u ffinanzjat permezz tal-fondi strutturali Ewropej.
(1) ĠU C 52, 12.02.2018.
Full & Egal Universal Law Academy