4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Ministero della Salute vs Hannes Preindl
(Kawża C-675/17) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta’ kwalifiki ta’ taħriġ miksuba fi tmiem perijodi ta’ taħriġ parzjalment sovrapposti - Setgħat ta’ verifika tal-Istat Membru ospitanti”))
(2019/C 44/07)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministero della Salute
Konvenut: Hannes Preindl
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 21, 22 u 24 tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jobbligaw lil Stat Membru, li l-leġiżlazzjoni tiegħu tipprevedi l-obbligu ta’ taħriġ full-time u l-projbizzjoni ta’ reġistrazzjoni simultanja f’żewġ korsijiet ta’ taħriġ, sabiex jirrikonoxxi awtomatikament kwalifiki ta’ taħriġ imsemmija minn din id-direttiva u maħruġa fi Stat Membru ieħor fi tmiem taħriġ li jikkoinċidi parzjalment.
2)
L-Artikolu 21 u l-Artikolu 22(a) tad-Direttiva 2005/36 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu li l-Istat Membru ospitanti jivverifika l-osservanza tal-kundizzjoni li t-tul totali, il-livell u l-kwalità tat-taħriġ part-time ma jkunux inferjuri għal dawk tat-taħriġ kontinwu full-time.
(1) ĠU C 52, 12.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy