21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Vlaamse Gewest, irrappreżentat mill-Vlaamse regering fil-persuna tal-Vlaamse Minister van Begroting, Financiën en Energie, Vlaamse Gewest, irrappreżentat mill-Vlaamse regering fil-persuna tal-Vlaamse Minister van Omgeving, Natuur en Landbouw vs Johannes Huijbrechts
(Kawża C-679/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Restrizzjonijiet - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq is-suċċessjoni - Bosk amministrat b’mod sostenbbli - Eżenzjoni - Protezzjoni taż-żoni forestali))
(2019/C 25/15)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vlaamse Gewest, irrappreżentat mill-Vlaamse regering fil-persuna tal-Vlaamse Minister van Begroting, Financiën en Energie, Vlaamse Gewest, irrappreżentat mill-Vlaamse regering fil-persuna tal-Vlaamse Minister van Omgeving, Natuur en Landbouw
Konvenut: Johannes Huijbrechts
Dispożittiv
L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti vantaġġ fiskali għall-foresti rċevuti causa mortis, bil-kundizzjoni li dawn ikunu suġġetti għal amministrazzjoni sostenibbli fit-termini ddefiniti mid-dritt nazzjonali, iżda tillimita dan il-vantaġġ għal dawk biss li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.
(1) ĠU C 94, 12.3.2018.
Full & Egal Universal Law Academy