23.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Utrecht — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Sumanan Vethanayagam, Sobitha Sumanan, Kamalaranee Vethanayagam vs Minister van Buitenlandse Zaken
(Kawża C-680/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kodiċi komunitarju dwar il-Viżi - Regolament (KE) Nru 810/2009 - Artikolu 5 - Stat Membru kompetenti biex jeżamina u jiddeċiedi dwar applikazzjoni għal viża - Artikolu 8 - Ftehim ta’ Rappreżentanza - Artikolu 32(3) - Appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża - Stat Membru kompetenti biex jieħu deċiżjoni dwar l-appell f’każ ta’ ftehim ta’ rappreżentanza - Detenturi tad-dritt li jippreżentaw appell)
(2019/C 319/12)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Utrecht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sumanan Vethanayagam, Sobitha Sumanan, Kamalaranee Vethanayagam
Konvenut: Minister van Buitenlandse Zaken
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-persuna ta’ riferiment li tippreżenta appell f’isimha stess kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża.
2)
L-Artikolu 8(4)(d) u l-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, kif emendat bir-Regolament Nru 610/2013, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fejn ikun hemm ftehim bilaterali ta’ rappreżentazzjoni li jipprevedi li l-awtoritajiet konsulari tal-Istat Membru rappreżentant jingħataw is-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet dwar iċ-ċaħda ta’ viża, huma l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat li jiddeċiedu dwar appelli kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża.
3)
Interpretazzjoni magħquda tal-Artikolu 8(4)(d) u l-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, kif emendat bir-Regolament Nru 610/2013, li jgħid li l-appell kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ viża għandu jiġi ppreżentat kontra l-Istat rappreżentanti, huwa kompatibbli mad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
(1) ĠU C 63, 19.2.2018.