11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Cofemel – Sociedade de Vestuário SA vs G-Star Raw CV
(Kawża C-683/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “xogħol” - Protezzjoni tax-xogħlijiet mid-drittijiet tal-awtur - Kundizzjonijiet - Koordinazzjoni bil-protezzjoni tad-disinni - Direttiva 98/71/KE - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Disinni ta’ ħwejjeġ)
(2019/C 383/10)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cofemel – Sociedade de Vestuário SA
Konvenuta: G-Star Raw CV
Dispożittiv
L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali tagħti protezzjoni, abbażi tad-dritt tal-awtur, għal mudelli bħall-mudelli tal-ħwejjeġ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għar-raġuni li, lil hinn mill-għan utilitarju tagħhom, dawn jiġġeneraw effett viżiv proprju u notevoli mill-perspettiva estetika.
(1) ĠU C 52, 12.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy