11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Bayer Pharma AG vs Richter Gedeon Vegyészeti Gyár Nyrt., Exeltis Magyarország Gyógyszerkereskedelmi Kft.
(Kawża C-688/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Privattivi - Direttiva 2004/48/KE - Artikolu 9(7) - Tqegħid fis-suq ta’ prodotti bi ksur tad-drittijiet mogħtija minn privattiva - Miżuri provviżorji - Annullament sussegwenti tal-privattiva - Konsegwenzi - Dritt għal kumpens xieraq għad-dannu kkawżat mill-miżuri provviżorji)
(2019/C 383/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bayer Pharma AG
Konvenuti: Richter Gedeon Vegyészeti Gyár Nyrt., Exeltis Magyarország Gyógyszerkereskedelmi Kft.
Dispożittiv
L-Artikolu 9(7) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’mod partikolari, il-kunċett ta’ “kumpens xieraq” imsemmi f’din id-dispożizzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li ma hemmx lok li persuna tiġi kkumpensata għad-dannu li hija ġarrbet b’konsegwenza tal-fatt li hija ma aġixxietx hekk kif jista’ ġeneralment jiġi mistenni minn kull persuna sabiex tevita jew tnaqqas id-dannu tagħha u li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, twassal lill-qorti sabiex ma tikkundannax lill-applikant għal miżuri provviżorji jikkumpensa d-dannu kkawżat minn dawn il-miżuri minkejja li l-privattiva li abbażi tagħha dawn kienu ntalbu u ġew aċċettati ġiet annullata sussegwentement, sakemm din il-leġiżlazzjoni tippermetti lill-qorti tieħu debitament inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha tal-kawża, inkuż l-aġir tal-partijiet, sabiex tivverifika, b’mod partikolari, li l-applikant ma użax b’mod abbużiv l-imsemmija miżuri.
(1) ĠU C 112, 26.3.2018.
Full & Egal Universal Law Academy