29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht München I — Il-Ġermanja) — Conti 11. Container Schiffahrts-GmbH & Co. KG MS “MSC Flaminia” vs Land Niedersachsen
(Kawża C-689/17) (1)
(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Trasferiment ta’ skart - Regolament (KE) Nru 1013/2006 - Skart suġġett għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel - Trasferimenti fl-Unjoni Ewropea - Artikolu 1(3)(b) - Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni - Skart iġġenerat abbord bastimenti - Skart abbord bastiment b’konsegwenza ta’ avarija”)
(2019/C 255/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht München I
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Conti 11. Container Schiffahrts-GmbH & Co. KG MS “MSC Flaminia”
Konvenuta: Land Niedersachsen
Dispożittiv
L-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart, għandu jiġi interpretat fis-sens li residwi, fil-forma ta’ skart ta’ metall u ta’ ilma għat-tifi tan-nar imħallat bil-ħama u residwi ta’ tagħbija, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dovuti għal avarija abbord bastiment, għandhom jitqiesu bħala skart iġġenerat abbord bastimenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u li, għaldaqstant, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament sakemm jinħattu sabiex jiġu rkuprati jew sabiex jintremew.
(1) ĠU C 94, 12.03.2018.
Full & Egal Universal Law Academy