17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — ÖKO-Test Verlag GmbH vs Dr. Rudolf Liebe Nachf. GmbH & Co.KG
(Kawża C-690/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Trade marks - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 9(1) - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 5(1) u (2) - Drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark - Trade mark individwali magħmula tikketta ta’ test)
(2019/C 206/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ÖKO-Test Verlag GmbH
Konvenuti: Dr. Rudolf Liebe Nachf. GmbH & Co.KG
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 9(1)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] u l-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jabilitawx lill-proprjetarju ta’ trade mark individwali magħmula minn tikketta ta’ test jopponi għat-twaħħil, minn terza persuna, ta’ sinjal identiku jew simili għal din it-trade mark fuq prodotti li ma huma la identiċi u lanqas simili għall-prodotti jew is-servizzi li ġiet irreġistrata għalihom t-trade mark.
2)
L-Artikolu 9(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] u l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2008/95, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jabilitaw lill-proprjetarju ta’ trade mark individwali b’reputazzjoni, ikkostitwita minn tikketta ta’ test, jopponi għat-twaħħil, minn terzi persuni, ta’ sinjal identiku jew simili għal din it-trade mark fuq prodotti li ma huma la identiċi u lanqas simili għal dawk li din it-trade mark hija rreġistrata għalihom, sakemm ma jintweriex li, b’dan it-twaħħil, din it-terza persuna tiggwadanja b’mod indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tal-istess trade mark jew tikkawża dannu lil dan il-karattru distintiv jew lil din ir-reputazzjoni u li l-imsemmija terza persuna, f’dan il-każ, ma pprovatx l-eżistenza ta’ “raġuni valida”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, insostenn ta’ tali twaħħil.
(1) ĠU C 112, 26.3.2018
Full & Egal Universal Law Academy