6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Helsingin käräjäoikeus — il-Finlandja) — Metirato Oy, fi stralċ vs Suomen valtio/Verohallinto, Eesti Vabariik/Maksu- ja Tolliamet
(Kawża C-695/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2010/24/UE - Assistenza reċiproka fil-qasam tal-irkupru tal-krediti relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra - Artikolu 13(1) - Artikolu 14(2) - Rkupru forzat, mill-awtoritajiet tal-Istat Membru rikjest, ta’ krediti tal-Istat Membru applikant - Proċedura dwar talba intiża għar-reintegrazzjoni, fl-assi tal-falliment ta’ kumpannija stabbilita fl-Istat Membru rikjest, ta’ dawn il-krediti - Konvenut għal din il-proċedura - Determinazzjoni)
(2019/C 155/13)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Helsingin käräjäoikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Metirato Oy, fi stralċ
Konvenuti: Suomen valtio/Verohallinto, Eesti Vabariik/Maksu- ja Tolliamet
Dispożittiv
L-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra għandhom jiġu interpretati fis-sens li, minn naħa, dawn japplikaw għal proċedura intiża għar-reintegrazzjoni, fl-assi tal-falliment ta’ kumpannija stabbilita fl-Istat Membru rikjest, ta’ krediti li kienu s-suġġett ta’ rkupru fuq it-talba tal-Istat Membru applikant, meta din il-proċedura hija bbażata fuq il-kontestazzjoni ta’ miżuri ta’ infurzar, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 14(2), u, min-naħa l-oħra, l-Istat Membru rikjest, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jitqies bħala l-konvenut għall-imsemmija proċedura, u ċ-ċirkustanza li l-ammont ta’ dawn il-krediti jkun isseparat mill-beni ta’ dan l-Istat Membru jew ikun flimkien magħhom ma għandhiex effett f’dan ir-rigward.
(1) ĠU C 83, 5.3.2018.
Full & Egal Universal Law Academy