17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tal-4 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija)) — fil-proċedura mressqa minn Allianz Vorsorgekasse AG
(Kawża C-699/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ affiljazzjoni lil fond ta’ previdenza professjonali responsabbli għat-tmexxija ta’ kontribuzzjonijiet ta’ solidarjetà professjonali - Konklużjoni li teħtieġ il-kunsens tal-persunal jew tar-rappreżentanza tiegħu - Direttiva 2014/24/UE - Artikoli 49 u 56 TFUE - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni - Obbligu ta’ trasparenza)
(2019/C 206/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Allianz Vorsorgekasse AG
fil-preżenza ta’: Bundestheater-Holding GmbH, Burgtheater GmbH, Wiener Staatsoper GmbH, Volksoper Wien GmbH, ART for ART Theaterservice GmbH, fair-finance Vorsorgekasse AG
Dispożittiv
L-Artikoli 49 u 56, il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u l-obbligu ta’ trasparenza għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma applikabbli għall-konklużjoni ta’ ftehim ta’ affiljazzjoni konkluż bejn persuna li timpjega, korp ta’ dritt pubbliku, u fond ta’ previdenza professjonali, għat-tmexxija u l-investiment ta’ kontribuzzjonijiet iddestinati għall-finanzjament ta’ allowances tat-tluq imħallsa lill-impjegati ta’ din il-persuna li timpjega, minkejja li l-konklużjoni ta’ tali ftehim ma tirriżultax biss mir-rieda tal-imsemmija persuna li timpjega, iżda tirrikjedi l-kunsens jew tal-persunal jew tal-kumitat ta’ impriża.
(1) ĠU C 104, 19.03.2019.
Full & Egal Universal Law Academy