3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/23
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Unareti SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico et
(Kawża C-702/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern tal-gass naturali - Konċessjonijiet ta’ servizz pubbliku ta’ distribuzzjoni - Waqfien antiċipat ta’ konċessjonijiet fi tmiem perijodu tranżitorju - Rimbors dovut mill-konċessjonarju l-ġdid lill-ex konċessjonarju - Prinċipju ta’ ċertezza legali)
(2019/C 187/26)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Unareti SpA
Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Presidenza del Consiglio dei Ministri — Dipartimento per gli Affari Regionali, Autorità Garante per l’Energia Elettrica il Gas e il Sistema Idrico — Sede di Milano, Presidenza del Consiglio dei Ministri — Conferenza Stato Regioni ed Unificata, Ministero per gli affari regionali, Dipartimento per gli affari regionali e le autonomie, Conferenza Unificata Stato Regioni e Enti Locali
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta’ konċessjonijiet ta’ servizz pubbliku, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li temenda r-regoli ta’ riferiment għall-kalkolu tar-rimbors li huma intitolati għalih id-detenturi ta’ konċessjonijiet ta’ distribuzzjoni tal-gass naturali mogħtija mingħajr sejħa għal offerti minħabba l-waqfien antiċipat tal-imsemmija konċessjonijiet bil-għan li dawn jerġgħu jingħataw wara sejħa għal offerti.
(1) ĠU C 112, 26.3.2018.
Full & Egal Universal Law Academy