5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Svea hovrätt — L-Isvezja) — Patent-och registreringsverket vs Mats Hansson
(Kawża C-705/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 4(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Impressjoni globali - Trade mark preċedenti rreġistrata b’dikjarazzjoni ta’ rinunzja (disclaimer) - Effetti ta’ tali rinunzja fuq il-portata tal-protezzjoni tat-trade mark preċedenti)
(2019/C 263/09)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Svea hovrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Patent-och registreringsverket
Konvenut: Mats Hansson
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal dikjarazzjoni ta’ rinunzja li jkollha l-effett li teskludi element ta’ trade mark kumplessa, ikkonċernat minn din id-dikjarazzjoni, mill-analiżi globali tal-fatturi rilevanti biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jew li tagħti lil tali element, mill-bidu u b’mod permanenti, importanza limitata f’din l-analiżi.
(1) ĠU C 83, 05.03.2018.
Full & Egal Universal Law Academy