8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — CCC — Consorzio Cooperative Costruzioni Soc. Cooperativa vs Comune di Tarvisio
(Kawża C-710/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 48(3) - Evalwazzjoni u verifika tal-kapaċitajiet tekniċi tal-operaturi ekonomiċi - Dispożizzjoni nazzjonali li ma tistax tiġi kkunsidrata bħala traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/18 - Assenza ta’ riferiment dirett u inkondizzjonat għad-dritt tal-Unjoni - Assenza ta’ talba bbażata fuq l-eżistenza ta’ interess transkonfinali ċert - Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)
(2019/C 131/14)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: CCC — Consorzio Cooperative Costruzioni Soc. Cooperativa
Konvenut: Comune di Tarvisio
fil-preżenza ta’: Incos Srl, RTI — Idrotermica F.lli Soldera, Gabriele Indovina
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-28 ta’ Settembru 2017, hija inammissibbli.
(1) ĠU C 112, 26.3.2018
Full & Egal Universal Law Academy