8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale di Lombardia (l-Italja) — EN.SA. Srl vs Agenzia delle Entrate — Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso
(Kawża C-712/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Tranżazzjonijiet fittizji - Impossibbiltà li titnaqqas it-taxxa - Obbligu, għal min joħroġ fattura, li jħallas il-VAT li tidher fuqha - Multa ta’ ammont ugwali għal dak tal-VAT imnaqqsa indebitament - Kompatibbiltà mal-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ proporzjonalità)
(2019/C 230/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Regionale di Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EN.SA. Srl
Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso
Dispożittiv
1)
F’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha bejgħ fittizju ta’ elettriku mwettaq b’mod ċirkolari bejn l-istess operaturi u għall-istess ammonti ma kkawżax telf ta’ dħul mit-taxxa, id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità u ta’ proporzjonalità, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relatata ma’ tranżazzjonijiet fittizji, filwaqt li timponi obbligu fuq il-persuni li jsemmu l-VAT fuq fattura li jħallsu dik it-taxxa, inkluż għal tranżazzjoni fittizja, bil-kundizzjoni li d-dritt nazzjonali jippermetti r-rettifika tad-dejn fiskali li jirriżulta minn dan l-obbligu meta l-emittent tal-fattura, li ma jkunx aġixxa f’bona fide, ikun elimina kompletament ir-riskju ta’ telf ta’ dħul mit-taxxa fi żmien utli, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.
2)
Il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dawn jipprekludu regola tal-liġi nazzjonali li permezz tagħha t-tnaqqis illegali tal-VAT ikun punibbli b’multa ugwali għall-ammont tat-tnaqqis li sar.
(1) ĠU C 112, 26.03.2018.
Full & Egal Universal Law Academy