21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich – l-Awstrija) – Ahmad Shah Ayubi vs Bezirkshauptmannschaft Linz-Land
(Kawża C-713/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2011/95/UE - Standards dwar il-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali - Status ta’ refuġjat - Artikolu 29 - Protezzjoni soċjali - Trattament differenti - Refuġjati li jgawdu minn dritt ta’ residenza temporanja))
(2019/C 25/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Oberösterreich
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ahmad Shah Ayubi
Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Linz-Land
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li r-refuġjati li jgawdu minn dritt ta’ residenza temporanja fi Stat Membru jingħataw benefiċċji ta’ għajnuna soċjali ta’ ammont inqas minn dak tal-benefiċċji mogħtija lil ċittadini ta’ dak l-Istat Membru u lir-refuġjati li jgawdu minn dritt ta’ residenza permanenti f’dak l-Istat Membru.
2)
Refuġjat jista’ jinvoka, quddiem il-qrati nazzjonali, l-inkompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2011/95, sabiex ir-restrizzjoni tad-drittijiet tiegħu li toħloq din il-leġiżlazzjoni titwarrab.
(1) ĠU C 123, 9.4.2018.
Full & Egal Universal Law Academy