9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret — id-Danimarka) — fil-proċedura mressqa minn A
(Kawża C-716/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Restrizzjonijiet - Ftuħ ta’ proċedura ta’ ħelsien mid-dejn - Kundizzjoni ta’ residenza - Ammissibbiltà - Artikolu 45 TFUE - Effett dirett)
(2019/C 305/11)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
A
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola ta’ ġurisdizzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ miżura ta’ ħelsien mid-dejn għall-kundizzjoni li d-debitur ikollu d-domiċilju jew ir-residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru.
2)
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-qorti nazzjonali ma tapplikax il-kundizzjoni ta’ residenza prevista minn regola nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk il-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn, ukoll prevista minn din il-leġiżlazzjoni, twassal eventwalment biex jiġu affettwati l-krediti miżmuma minn individwi skont l-imsemmija leġiżlazzjoni.
(1) ĠU C 83, 5.3.2018.