19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel — il-Belġju) — Lies Craeynest et vs Brussels Hoofdstedelijk Gewest, Brussels Instituut voor Milieubeheer
(Kawża C-723/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/50/KE - Artikoli 6, 7, 13 u 23 - Anness III - Evalwazzjoni tal-kwalità tal-arja - Kriterji li jippermettu li jiġi kkonstatat qbiż tal-valuri limitu tad-dijossidu tan-nitroġenu - Kejl bl-użu ta’ punti ta’ kampjunament fissi - Għażla ta’ siti xierqa - Interpretazzjoni tal-valuri mkejla mill-punti ta’ kampjunament - Obbligi tal-Istati Membri - Stħarriġ ġudizzjarju - Intensità tal-istħarriġ - Setgħa li tingħata ordni)
(2019/C 280/04)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lies Craeynest, Cristina Lopez Devaux, Frédéric Mertens, Stefan Vandermeulen, Karin De Schepper, ClientEarth VZW
Konvenuti: Brussels Hoofdstedelijk Gewest, Brussels Instituut voor Milieubeheer
fil-preżenza ta’: Belgische Staat
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 4(3) TUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqrija flimkien mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, u l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti nazzjonali, adita b’talba mressqa għal dan l-iskop minn individwi li huma direttament ikkonċernati mill-qbiż tal-valuri limitu msemmija fl-Artikolu 13(1) tal-imsemmija direttiva, għandha tivverifika jekk il-punti ta’ kampjunament f’żona partikolari ġewx installati f’konformità mal-kriterji previsti fil-punt 1(a) tat-Taqsima B tal-Anness III ta’ din l-istess direttiva u, jekk dan ma jkunx il-każ, għandha tadotta, fil-konfront tal-awtorità nazzjonali kompetenti, il-miżuri kollha neċessarji, bħal, jekk tkun prevista mid-dritt nazzjonali, ordni, sabiex dawn il-punti ta’ kampjunament jiġu installati f’konformità ma’ dawn il-kriterji.
2)
L-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jiġi kkonstatat li nqabeż valur limitu stabbilit fl-Anness XI ta’ din id-direttiva fir-rigward tal-medja kkalkolata għal sena kalendarja, huwa biżżejjed li livell ta’ tniġġis li jaqbeż dan il-valur ikun tkejjel f’punt ta’ kampjunament iżolat.
(1) ĠU C 104, 19.3.2018.
Full & Egal Universal Law Academy