6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus — il-Finlandja — Vantaan kaupunki vs Skanska Industrial Solutions Oy, NCC Industry Oy, Asfaltmix Oy
(Kawża C-724/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Artikolu 101 TFUE - Kumpens għad-danni kkawżati minn akkordju pprojbit minn dan l-artikolu - Determinazzjoni tal-entitajiet responsabbli għall-ħlas tal-kumpens - Suċċessjoni ta’ entitajiet ġuridiċi - Kunċett ta’ impriża - Kriterju tal-kontinwità ekonomika)
(2019/C 155/14)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vantaan kaupunki
Konvenuti: Skanska Industrial Solutions Oy, NCC Industry Oy, Asfaltmix Oy
Dispożittiv
L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-azzjonijiet kollha tal-kumpanniji li pparteċipaw f’akkordju pprojbit minn dan l-artikolu nxtraw minn kumpanniji oħra, li xoljew dawn l-ewwel kumpanniji u komplew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, il-kumpanniji xerrejja jistgħu jinżammu responsabbli għad-danni kkawżati minn dan l-akkordju.
(1) ĠU C 83, 05.03.2018
Full & Egal Universal Law Academy