19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-729/17) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 258 TFUE - Artikolu 49 TFUE - Direttiva 2006/123/KE - Artikolu 15(2) u (3) - Direttiva 2005/36/KE - Artikoli 13, 14, 50 u l-Anness VII - Libertà ta’ stabbiliment - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Regoli nazzjonali dwar il-fornituri ta’ taħriġ tal-medjaturi)
(2019/C 280/05)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: M. Tassopoulou, D. Tsagkaraki u Ch. Machairas, aġenti)
Dispożittiv
1)
—
Billi llimitat il-forma legali tal-organi ta’ taħriġ ta’ medjaturi għal kumpanniji mingħajr skop ta’ qligħ, li għandhom ikunu kkostitwiti b’mod konġunt minn tal-inqas assoċjazzjoni ta’ avukati u minn tal-inqas kamra professjonali fil-Greċja, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 15(2)(b), (ċ) u (3) tad-Direttiva 2006/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern;
—
billi ssuġġettat il-proċedura ta’ rikonoxximent ta’ kwalifiki akkademiċi għal rekwiżiti addizzjonali relatati mal-kontenut taċ-ċertifikati meħtieġa u għal miżuri kumpensatorji mingħajr evalwazzjoni minn qabel tal-eżistenza possibbli ta’ differenzi sostanzjali b’paragun mat-taħriġ nazzjonali, u billi żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet diskriminatorji li jobbligaw lill-applikanti għal akkreditazzjoni ta’ medjatur li jkollhom ċertifikati ta’ akkreditazzjoni miksuba barra mill-pajjiż jew maħruġa minn organu ta’ taħriġ irrikonoxxut barra mill-pajjiż fi tmiem kors ta’ taħriġ mogħti fil-Greċja juru li għandhom esperjenza ta’ mill inqas tliet parteċipazzjonijiet fi proċedura ta’ medjazzjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13, 14, 50(1) u l-Anness VII tad-Direttiva 2005/36 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal 20 ta’ Novembru 2013.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 83, 5.3.2018.
Full & Egal Universal Law Academy