31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija – Bericap Záródástechnikai Cikkeket Gyártó Bt. vs Nemzetgazdasági Minisztérium
(Kawża C-53/17) (1)
((Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mogħtija mill-Istati Membri - Derogi għall-projbizzjoni ta’ għajnuna - Għajnuna li tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern - Regolament (KE) Nru 800/2008 - Definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji - Impriżi relatati - Impriżi li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fl-istess suq u li huma parti minn grupp globali ta’ impriżi li huma proprjetà tal-membri tal-istess familja - Kunċett ta’ “grupp ta’ persuni naturali li jaġixxu flimkien”))
(2017/C 249/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bericap Záródástechnikai Cikkeket Gyártó Bt.
Konvenut: Nemzetgazdasági Minisztérium
Dispożittiv
L-Artikolu 3(3) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli [107 u 108 TFUE] għandu jiġi interpretat fis-sens li impriżi jistgħu jitqiesu bħala “relatati”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta mill-analiżi ta’ rapporti kemm ġuridiċi kif ukoll ekonomiċi eżistenti bejniethom jirriżulta li jikkostitwixxu, permezz ta’ persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien, entità ekonomika unika, għalkemm huma ma għandhom formalment la waħda u lanqas l-oħra mir-relazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-imsemmi anness. Jitqiesu bħala li jaġixxu flimkien fis-sens tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-imsemmi anness il-persuni fiżiċi li jikkoordinaw bejniethom sabiex jeżerċitaw influenza fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ impriżi kkonċernati hekk li dawn l-impriżi ma jistgħux jitqiesu bħala ekonomikanent indipendenti waħda mill-oħra. It-twettiq ta’ tali kundizzjoni jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-kawża u mhux neċessarjament suġġett għall-eżistenza ta’ relazzjonijiet kuntrattwali bejn dawn il-persuni lanqas għall-konstatazzjoni tal-intenzjoni tagħhom li jevitaw id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar jew medji fis-sens tal-Anness 1 tar-Regolament Nru 800/2008.
(1) ĠU C 144, 08.05.2017.
Full & Egal Universal Law Academy