31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rayonen sad Varna) – il-Bulgarija – Todor Iliev vs Blagovesta Ilieva
(Kawża C-67/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 1(2)(a) - Kamp ta’ applikazzjoni - Materji esklużi - Effetti matrimonjali - Xoljiment taż-żwieġ - Likwidazzjoni ta’ beni akkwistati matul iż-żwieġ))
(2017/C 249/22)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Rayonen sad Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Todor Iliev
Konvenut: Blagovesta Ilieva
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, kawża, bħal dik prinċipali, marbuta mal-likwidazzjoni, wara l-għoti ta’ divorzju, ta’ beni mobbli akkwistati matul iż-żwieġ minn konjuġi ċittadini ta’ Stat Membru, iżda ddomiċiljati fi Stat Membru ieħor, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, iżda taħt id-dominju tal-effetti matrimonjali u, għaldaqstant, taħt l-esklużjonijiet li jinsabu fl-imsemmi Artikolu 1(2)(a).
(1) ĠU C 112, 10.04.2017.
Full & Egal Universal Law Academy