5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich – l-Awstrija) – Proċeduri mibdija minn Gmalieva s.r.o. et
(Kawża C-79/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Monopolju tal-logħob tal-ażżard fi Stat Membru - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-operat ta’ magni tal-logħob mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet amministrattivi))
(2018/C 399/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Oberösterreich
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gmalieva s.r.o., Celik KG, PBW GmbH, Antoaneta Claudia Gruber, Play For Me GmbH, Haydar Demir
Intervenjenti: Landespolizeidirektion Oberösterreich
Dispożittiv
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, fid-dawl tal-gwida mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari, fis-sentenza tat-30 ta’ April 2014, Pfleger et (C-390/12, EU:Cl2014:281), jekk skema nazzjonali statutorja ta’ monopolju tal-logħob tal-ażżard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhiex tiġi kklassifikata bħala koerenti fid-dawl tal-Artikolu 56 et seq. TFUE, meta proċedura ġudizzjarja nazzjonali tkun stabbilixxiet li:
—
id-dipendenza fuq il-logħob ma hijiex problema għas-soċjetà li tiġġustifika intervent mill-Istat;
—
il-logħob tal-ażżard ipprojbit jagħti biss lok għal ksur amministrattiv u mhux għal ksur kriminali,
—
id-dħul tal-Istat mil-logħob tal-ażżard jammonta għal iktar minn EUR 500 miljun fis-sena, jiġifieri 0,4 % tal-baġit annwali, u
—
il-miżuri promozzjonali tad-detenturi tal-liċenzji huma prinċipalment intiżi li jħajru lil persuni li qatt ma lagħbu qabel.
(1) ĠU C 178, 6.6.2017
Full & Egal Universal Law Academy