23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/16
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu – ir-Rumanija) – Liviu Petru Lupean, Oana Andreea Lupean vs SC OTP BAAK Nyrt., permezz ta’ OTP BANK SA, permezz ta’ Sucursala SIBIU, SC OTP BAAK Nyrt., permezz ta’ OTP BANK SA
(Kawża C-119/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Artikolu 3(1), Artikolu 4(1) u (2), u Artikolu 5 - Evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali - Kuntratt ta’ self konkluż f’munita barranija - Riskju tal-kambju jinġarr b’mod sħiħ mill-konsumatur - Żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt - Suġġett prinċipali tal-kuntratt ta’ self))
(2018/C 142/21)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Sibiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Liviu Petru Lupean, Oana Andreea Lupean
Konvenuti: SC OTP BAAK Nyrt., permezz ta’ OTP BANK SA, permezz ta’ Sucursala SIBIU, SC OTP BAAK Nyrt., permezz ta’ OTP BANK SA
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13/KEE tal-Kunsill tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għall-kunċett tas-“suġġett prinċipali tal-kuntratt”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, klawżola mdaħħla f’kuntratt ta’ self konkluż f’munita barranija bejn negozjant u konsumatur mingħajr ma kienet is-suġġett ta’ negozjati individwali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema klawżola s-self għandu jiġi rrimborsat f’dik il-munita, peress li dik il-klawżola tistabbilixxi benefiċċju essenzjali li jikkaratterizza dak il-kuntratt.
2)
L-Artikoli 3 sa 5 tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-klawżola ta’ kuntratt ta’ self, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bil-konsegwenza li r-riskju tal-kambju kollu huwa ttrasferit lil min jissellef, li ma hijiex abbozzata b’mod trasparenti, b’tali mod li min jissellef ma jistax jevalwa, fuq il-bażi ta’ kriterji sempliċi u ċari, il-konsegwenzi ekonomiċi tal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, tista’ tiġi kkunsidrata bħala inġusta mill-qorti nazzjonali meta din teżamina din il-klawżola meta jiġi kkonstatat li, minkejja r-rekwiżit ta’ bona fide, din il-klawżola toħloq żbilanċ sinjifikattiv, għad-detriment tal-konsumatur, bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt. F’dan ir-rigward, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, u waqt li tieħu kont b’mod partikolari tat-tagħrif espert u tal-konoxxenzi tan-negozjant fir-rigward tal-varjazzjonijiet possibbli tar-rati tal-kambju u r-riskji inerenti fit-teħid ta’ self f’munita barranija, fl-ewwel lok, l-inosservanza possibbli tar-rekwiżit ta’ bona fide u, fit-tieni lok, l-eżistenza ta’ żbilanċ sinjifikattiv possibbli, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13.
(1) ĠU C 178, 6.6.2017.