29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugall) – Hélder José Cunha Martins vs Fundo de Garantia Automóvel
(Kawża C-131/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali - Assenza ta’ domanda li tirrigwarda regola tad-dritt tal-Unjoni minbarra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2018/C 032/10)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hélder José Cunha Martins
Konvenut: Fundo de Garantia Automóvel
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi d-domandi magħmula mit-Tribunal de Relação do Porto (il-Qorti tal-Appell ta’ Porto, il-Portugall).
(1) ĠU C 168, 29.5.2017.