11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/16
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Sportingbet PLC, Internet Opportunity Entertainment Ltd vs Santa Casa da Misericórdia de Lisboa
(Kawża C-166/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Operat ta’ logħob tal-ażżard permezz ta’ siti internet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi monopolju tal-Istat - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domanda identika għal domanda li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet dwarha jew li r-risposta għaliha tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza - Artikolu 102 u Artikolu 106(1) TFUE - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi r-reklamar għal logħob tal-ażżard minbarra dak organizzat minn operatur uniku suġġett għal kontroll strett tal-awtoritajiet pubbliċi li lilu jkun ingħata d-dritt esklużiv li jorganizza tali logħob - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domanda manifestament inammissibbli))
(2017/C 424/23)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sportingbet PLC, Internet Opportunity Entertainment Ltd
Konvenuta: Santa Casa da Misericórdia de Lisboa
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 56 TFUE ma jipprekludix il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi lil operaturi stabbiliti fi Stati Membri oħra milli joffru logħob tal-ażżard permezz ta’ sit internet, filwaqt li hija tagħti esklużività għall-operat ta’ tali logħob favur operatur uniku suġġett għal kontroll strett tal-awtoritajiet pubbliċi.
2)
L-Artikolu 56 TFUE ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi r-reklamar għal logħob tal-ażżard minbarra l-logħob organizzat minn operatur uniku li lilu jkun ingħata d-dritt esklużiv li jorganizza tali logħob.
3)
L-ewwel, il-ħames, is-sitt kif ukoll it-tmien sal-għaxar domandi magħmula mis-Supremo Tribunal de Justiça (Qorti Suprema, il-Portugall) huma manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 202, 26.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy