6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte – l-Italja) – Demarchi Gino S.a.s. (C-177/17), Graziano Garavaldi (C-178/17) vs Ministero della Giustizia
(Kawżi magħquda C-177/17 u C-178/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Rabta ta’ konnessjoni suffiċjenti - Assenza - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2017/C 374/16)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Demarchi Gino S.a.s. (C-177/17), Graziano Garavaldi (C-178/17)
Konvenut: Ministero della Giustizia
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda mressqa għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale amministrativo regionale per il Piemonte (qorti amministrattiva reġjonali għal Piemonte, l-Italja), b’deċiżjonijiet tal-11 ta’ Jannar 2017.
(1) ĠU C 277, 21.08.2017.