6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Općinski Sud u Vukovaru) – il-Kroazja – Rafaela Alandžak, Ljubica Alandžak, Rafo Alandžak vs EUROHERC osiguranje – dioničko društvo za osiguranje imovine i osoba i druge poslove osiguranja
(Kawża C-187/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali - Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta - Artikolu 53(2) - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2017/C 374/17)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Općinski Sud u Vukovaru
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rafaela Alandžak, Ljubica Alandžak, Rafo Alandžak
Konvenut: EUROHERC osiguranje – dioničko društvo za osiguranje imovine i osoba i druge poslove osiguranja
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill- Općinski sud u Vukovaru (qorti muniċipali ta’ Vukovar, il-Kroazja), permezz ta’ deċiżjoni tal-5 ta’ April 2017, hija manifestament inammisibbli.
(1) ĠU C 168, 29.05.2017.