29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budai Központi Kerületi Bíróság – l-Ungerija) – VE vs WD
(Kawża C-232/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 93 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self, f’munita barranija - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà manifesta))
(2018/C 032/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Budai Központi Kerületi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: VE
Konvenut: WD
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budai Központi Kerületi Bíróság (il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tal-10 ta’ April 2017, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 256, 7.8.2017.