23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/18
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 – GX vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-233/17 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura - Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva))
(2018/C 142/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: GX (rappreżentant: G.-M. Enache, avocat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u P. Mihaylova, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
GX huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 221, 10.7.2017.