12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/34
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-12 ta’ Settembru 2018 – Holistic Innovation Institute, SLU vs L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka
(Kawża C-241/17 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka - Is-Seba’ Programm Kwadru għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (2007-2013) - Proġetti Inachus u ZONeSEC - Deċiżjoni li tirrifjuta l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti - Rikors għal annullament u għad-danni))
(2018/C 408/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Holistic Innovation Institute, SLU (rappreżentant: J.J. Marín López, abogado)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou, V. Canetti, aġenti assistiti minn J. Rivas Andrés, abogado)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud għaliex, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat.
2)
Holistic Innovation Institute SLU hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 221, 10.07.2017.
Full & Egal Universal Law Academy