29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugal – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP vs António da Silva Rodrigues
(Kawża C-243/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 3(1) - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Kunċett ta’ “programm pluriannwali” - Kamp ta’ applikazzjoni))
(2018/C 032/12)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP
Konvenut: António da Silva Rodrigues
Dispożittiv
1)
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ irregolarità li la ma tkun kontinwa u lanqas ripetuta, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin imsemmi fih jibda’ jiddekorri mid-data li fiha sseħħ l-irregolarità.
2)
It-tieni, it-tielet u r-raba’ domanda magħmula mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Portugall) huma manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 256, 7.8.2017.