29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – “Geocycle Bulgaria” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-314/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività - Sistema ta’ awtolikwidazzjoni - Rifjut tad-dritt li titnaqqas il-VAT tal-input lid-destinatarju tal-fattura - Deċiżjoni tal-awtoritajiet fiskali li tistabbilixxi taxxa għax-xerrej ta’ oġġett))
(2018/C 032/14)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Geocycle Bulgaria” EOOD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Dispożittiv
Il-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività tas-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru jirrifjuta lid-destinatarju ta’ kunsinna d-dritt li jnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa, meta, għall-istess kunsinna, it-taxxa fuq il-valur miżjud tinġabar għall-ewwel darba mill-fornitur, peress li huwa semmieha fil-fattura li ħareġ, imbagħad għat-tieni darba mix-xerrej, fil-każ li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix il-possibbiltà li tiġi rrettifikata t-taxxa fuq il-valur miżjud meta teżisti deċiżjoni ta’ aġġustament tat-taxxa.
(1) ĠU C 256, 7.8.2017.