8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/16
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Braga – il-Portugall) – Caixa Económica Montepio Geral vs Carlos Samuel Pimenta Marinho et
(Kawża C-333/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 21 u 38 - Nondiskriminazzjoni - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self bankarju - Assenza ta’ domanda dwar dispożizzjoni legali tal-Unjoni li ma hijiex dispożizzjoni li ma tinsabx fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2018/C 005/22)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Judicial da Comarca de Braga
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Caixa Económica Montepio Geral
Konvenuti: Carlos Samuel Pimenta Marinho, Maria de Lurdes Coelho Pimenta Marinho, Daniel Pimenta Marinho, Vera da Conceição Pimenta Marinho
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domanda magħmula mit-Tribunal Judicial da Comarca de Braga (il-Qorti tad-distrett muniċipali ta’ Braga, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tad-29 ta’ Marzu 2017.
(1) ĠU C 256, 7.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy