12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Torino – l-Italja) – IJDF Italy Srl vs Violeta Fernando Dionisio, Alex Del Rosario Fernando
(Kawża C-344/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li d-debitur prinċipali u l-garanti jitressqu quddiem l-istess qorti - Deroga mir-regoli li jistabbilixxu l-forum tal-konsumatur - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2018/C 052/18)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Torino
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: IJDF Italy Srl
Konvenuti: Violeta Fernando Dionisio, Alex Del Rosario Fernando
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx fil-kuntest ta’ tilwima relattiva għad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ kawżi relatati, meta t-tilwima msemmija ma tkunx tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13.
(1) ĠU C 330, 2.10.2017.