26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio) — l-Italja — Acea Energia SpA (C-406/17), Green Network SpA (C-407/17), Enel Energia SpA (C-408/17) vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Autorità per l'Energia Elettrica il Gas e il Sistema Idrico, Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni C 406/17, C-407/18 et C 408/17,), Hera Comm Srl (C-417/17) vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Autorità per l’Energia Elettrica, il Gas e il Sistema Idrico
(Kawżi magħquda C-406/17 sa C-408/17 u C-417/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fir-rigward tal-konsumaturifis-suq intern - Direttiva 2009/72/KE - Suq intern tal-elettriku - Direttiva 2009/73/KE - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2011/83/UE - Prattiki kummerċjali aggressivi - Konklużjoni ta’ kuntratti ta’ provvista tal-elettriku u tal-gass naturali li ma kinux mitluba mill-konsumaturi - Konklużjoni ta’ kuntratti ta’ provvista mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju bi ksur tad-drittijiet tal-konsumatur - Awtorità kompetenti sabiex tawtorizza dawn il-prattiki)
(2019/C 288/03)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Acea Energia SpA (C-406/17), Green Network SpA (C-407/17), Enel Energia SpA (C-408/17), Hera Comm Srl (C-417/17)
fil-preżenza ta’: Adiconsum — Associazione Difesa Consumatori e Ambiente, Movimento Consumatori, Federconsumatori, Gianluca Salvati, Associazione Codici — Centro per i Diritti del Cittadino, Coordinamento delle associazioni per la difesa dell’ambiente e la tutela dei diritti di utenti e consumatori (Codacons), Tutela Noi Consumatori, Movimento Difesa del Cittadino (C-406/17 sa C-408/17)
Konvenuti: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Autorità per l'Energia Elettrica il Gas e il Sistema Idrico, Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni (C-406/17 sa C-408/17), Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato, Autorità per l’Energia Elettrica, il Gas e il Sistema Idrico (C-4174/17)
fil-preżenza ta’: Federconsumatori (C-417/17)
Dispożittiv
L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll l-Artikolu 3(2) Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom jiġu interpretati bħala li ma jipprekludux ir-regoli nazzjonali li skonthom l-aġir, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkonsisti fil-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ provvista li ma jkunux intalbu mill-konsumaturi jew li jiġu konklużi kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju bi ksur tad-drittijiet tal-konsumaturi, għandhom jiġu evalwati fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rispettivi tad-Direttivi 2005/29 u 2011/83, bil-konsegwenza li, skont dawn ir-regoli nazzjonali, l-awtorità regolatorja settorjali, fis-sens tad- Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE u tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE, mhix kompetenti sabiex tawtorizza tali aġir.
(1) ĠU C 338, 09.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy